“Waqt Li Jiġġieled Mal-Ħajjin Imur Jagħmel Il-Fjuri Fuq Il-Qabar Tal-Mejtin” – Dr Nicholas Briffa

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Dr Nicholas Briffa qasam messaġġ verament relevanti għas-soċjeta li ngħixu fiha llum. Bosta jpoġġu l-ward fuq l-oqbra tal-mejtin, iżda mbagħad jagħmlu nfern il-ħajja ta’ dawk li għadhom ħajjin, u dan kien proprju s-suġġett li tkellem dwaru.

Qal, “Qatt ħsibtu kemm aħna strambi aħna l-bnedmin?! Waqt li jiġġieled mal-ħajjin imur jagħmel il-fjuri fuq il-qabar tal-mejtin. Jibqa’ xhur sħaħ mingħajr ma jkellem lil xi ħadd ħaj u meta jmut, jagħtih ġieħ u jagħmel sensiela ta' posts emozzjonali fuq Facebook.”

Żied, “Ma jsibx ħin biex imur jara persuna ħajja viċin tiegħu, imma wara li tmut il-persuna jagħmel velja sħiħa ta' luttu għal jiem sħaħ. Ma jċempilx, ma jħaddanx, ma jimpurtahx minn persuna ħajja, imma jiddispra quddiem bniedem mejjet.”

Temm jgħid, “Kważi jidher li l-aktar ħaġa prezzjuża hija l-mewt u mhux il-ħajja! Insellmu l-memorja ta' dawk li ħallew din il-ħajja! Jekk xi ħadd li tħobb għadu ħaj....tivvintax skużi li inti imħabbat ħafna. Għall-affarijiet li nagħtuhom prijorità nsibu l-ħin awtomatikament.”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI