“Dan Il-Kapitlu Diffiċli F’Ħajti Mhux Se Jitfa’ Dell Ikrah Fuqek” – Ingrid Sammut Lil Bintha F’Għeluq Sninha

Ingrid Sammut, mara u omm tassew reżiljenti u determinata, kitbet messaġġ mill-qalb bħala espressjoni ta’ mħabba lejn bintha l-għażiża li llum qed tiċċelebra għeluq sninha.

Ingrid kitbet dwar kemm qed tara lil bintha tikber malajr, u tħossha vera kburija bil-persuna li qed issir hekk kif tkompli tikber fiż-żmien, iżda tixtieq iżżomm dawn il-mumenti fil-memorja tagħha.

Hi spjegat, “Naf li llum huwa dwarek tagħlaq sitt snin, xi ħaġa li ili nistenna, imma kont tant ili nipprepara għall-ġurnata speċjali tiegħek li ma ħadtx mument biex ngħidlek kemm tfisser għalija. Int iġġib miegħek ħafna dawl, u nżomm dak id-dawl miegħi. Ma jimpurtax kemm tagħtini sfidi l-ħajja, irridek tkun taf li qatt mhu se jmissuk. Nagħtik il-kelma tiegħi, dan il-kapitlu diffiċli f’ħajti mhux se jitfa’ dell ikrah fuqek.”

Hi temmet kliemha billi kitbet li dejjem se tibqa’ ddedikata lejn it-tifla tagħha, anke jekk ikollha xi limitazzjonijiet fiżiċi li jaf tirbaħhom u jaf ma tirbaħhomx. “Inħobbok sabiħa tiegħi Katryna”.





Facebook / Ingrid Sammut



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI