Il-kantanta lokali Nicole Vella għadha kemm ħabbret tragward li hu tant għal qalbha, u li ħadmet għalih b’determinazzjoni. Nicole tinsab tant kuntenta u sodisfatta li minkejja l-mumenti ta’ qtigħ il-qalb, baqgħet tirsisti u waslet.
Tħossha li laħqet il-ħolm li kellha meta kienet għadha iżgħar, u meta forsi ratu ‘l bogħod dan il-mument sabiħ.
“L-2021 kienet sena ta’ sfida għalija, iżda hi s-sena fejn iddeċidejt li nibda dan il-vjaġġ… Dan il-kors għallimni min jien, għallimni niddefendi lili nnifsi, nitkellem, naċċetta partijiet minni nnifsi li ma kontx aċċettajthom, u biex nimxi pass pass – biex nitgħallem kif inkun mhux biss il-persuna li dejjem xtaqt inkun, iżda nsir terapista, rwol li napprezza ħafna.”
Minn qalbna nawgurawlek Nicole u nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!
Instagram/ Nicole Vella