“Dan Il-Vjaġġ Vera Bidilni… Dan Hu Biss Il-Bidu” – Amelia Wara X Factor Malta

Amelia Kalabic

Amelia kienet il-kantawtriċi li kkompetiet fir-raba’ staġun ta’ X Factor Malta sentejn ilu, u rritornat bit-tir li terġa’ timpressjona.

Ftit ilu hi qasmet ħsibijiet tagħha wara din l-esperjenza speċjali, fejn ġiet mal-aqwa erba’ finalisti.

“Il-finali ta’ X Factor Malta għaddiet b’mod uffiċjali… u qalbi hi tant mimlija. Li nkun fuq dak il-palk u nkanta l-kanzunetta oriġinali tiegħi kienet tfisser ħafna għalija… Li naqsam xi ħaġa daqshekk personali, xi ħaġa li ktibt mill-esperjenzi tiegħi stess, fuq pjattaforma daqshekk kbira kien litteralment surreali.”

Amelia tkompli, “Dan il-vjaġġ verament tani sfida u ffurmani, imma ser inkompli miexja mhux biss grata, imma ispirata wkoll. U dan huwa biss il-bidu… il-kanzunetta oriġinali tiegħi se toħroġ dalwaqt.”

Amelia tinsab tant ħerqana biex il-pubbliku jkun jista’ jisma’ l-kanzunetta oriġinali tagħha fuq il-pjattaformi kollha. Prosit għal darb’oħra Amelia!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI