Il-kantant lokali Kevin Borg qed iniedi kanzunetti oriġinali li ħadem fuqhom matul din is-sena, bl-aħħar waħda li ħareġ tkun Ground Zero. Waqt li hu tant grat għall-appoġġ li dejjem jirċievi mill-pubbliku, xtaq isemmi l-kanzunetta li jmiss.
“Għalkemm għadni kemm ħarġet is-single ġdida tiegħi u ninsab kuntent immens bir-rispons, diġà qed naħdem fuq it-tieni waħda u dan ir-ritratt għandu x’jaqsam ħafna mal-messaġġ tat-tieni single tiegħi li jmiss. Nassigurakom li se tkun sabiħa immens! Ibqgħu segwu,” jikteb Kevin,
Xi ħaġa tassew sabiħa li kanzunetta tirrifletti sentimenti reali u sinċiera li jħossu l-artisti! Awguri Kevin!
Facebook/ Kevin Borg