L-Eks Suprintendent tas-Saħħa Pubblika, Ray Busuttil ippublika ritratt fuq il-profil tiegħu xokkanti. Ray mhux soltu jikteb fil-midja iżda ħass li hemm bżonn jitkellem fuq sitwazzjoni li qed tiġri bħalissa.
“Dan ir-ritratt ittieħed l-Ġimgħa li għadda waqt funeral! Hu disripett, mimli stigma u degradanti għall-persuna li tkun ħallietna” jgħid Ray. Ray jgħid li l-unika ħaġa “pożittiva” hi l-pagament addizjonali għad-deffien. Ray jgħid li l-mezzi ta’ protezzjoni li qed jittieħdu jmorru ħafna ‘l bogħod mir-rekomadazzjonijiet tal-WHO.
Jagħlaq billi jappella l-awtoritajiet tas-saħħa biex “jwaqqfu minnufih dan iċ-ċirklu!”.