“Dan L-Istaġun, Goal Of Care Jirritorna B’Kawża Ddedikata Biex Infakkru L-Anġli Ċkejknin Li Ħallewna Kmieni Wisq” – Fgura United F.C.

Il-Fgura United Klabb tal-Futbol ħabbru t-tieni edizzjoni ta’ Goal of Care.

Huma spjegaw, “Konna qed nistennew kawża ġusta, u issa sibna l-ispirazzjoni tagħna permezz tal-15 ta’ Ottubru, il-Jum ta’ Għarfien dwar it-Telfa ta’ Tarbija (Baby Loss Awareness Day). Dan l-istaġun, Goal of Care jirritorna b’kawża ddedikata biex infakkru l-anġli ċkejknin li ħallewna kmieni wisq. Għal kull gowl skurjat mit-timijiet tagħna ta’ Taħt il-15, Taħt is-17, Taħt il-21 sena u t-Tim tal-Kbar, il-klabb se jagħti donazzjoni ta’ €5 f’fond apposta.”

Żiedu jgħidu, “Fi tmiem l-istaġun, il-fondi miġbura se jintużaw biex tiġi organizzata inizjattiva speċjali ħafna bil-għan li tkompli tqajjem kuxjenza dwar din il-kawża tant għal qalbna. Permezz tal-futbol, nixtiequ nqajmu aktar għarfien, inkissru s-silenzju u nfakkru lill-familji li mhumiex waħedhom f’dan il-vjaġġ.”

Qalu wkoll, “Wara s-suċċess tal-istaġun li għadda, li matulu nġabru u ngħataw aktar minn €800 b’donazzjoni lill-AAA u lil Frame Football Malta, ninsabu ħerqana biex għal darb’oħra nagħmlu kull gowl jgħodd. Xi ħajjiet ikunu qosra, iżda t-tifkira tagħhom tibqa’ għal dejjem – u aħna nwiegħdu li se nagħmlu ċert li hekk ikun. “

Nirringrazzjawhom għal dan il-ġest nobbli!

Ritratt:

Facebook / Fgura United F.C.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI