Mument Speċjali Fuq Bongu Malta! Eks Rappreżentanti Maltin Tal-Junior Eurovision Jingħaqdu Biex Jawguraw Lil Beppe!

Il-Ħadd li għadda, il-programm Bongu Malta laqa’ numru ta’ kantanti li matul dawn l-aħħar snin kellhom l-unur jirrappreżentaw lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest, hekk kif ingħata bidu għall-ġimgħa ddedikata lil dan il-festival tant maħbub.

Fost dawk preżenti kien hemm rappreżentanti Maltin mill-2020 sas-sena li għaddiet. Chanel, Ike u Kaya, Gaia Gambuzza, Yulan Law, Ramires Sciberras u Eliza Borg kienu kollha hemm. Matul il-programm, il-kantanti kellhom l-opportunità li jerġgħu jiltaqgħu flimkien u jaqsmu mument speċjali ma’ Beppe, li se jkun qed jirrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision ta’ din is-sena.

Il-kantanti ħadu wkoll ritratt flimkien ma’ Beppe, bħala turija ta’ appoġġ u biex jawgurawlu kull suċċess f’din l-esperjenza importanti. Bla dubju, ġest sabiħ li juri l-għaqda bejn dawn l-artisti żgħażagħ, li lkoll jafu xi tfisser ir-responsabbiltà u l-emozzjoni li tirrappreżenta lil pajjiżek fuq palk internazzjonali.

Minn qalbna nawguraw lil Beppe kull suċċess f’din l-avventura mużikali!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI