“Żagħżugħ Li Fil-Passat Kien Jaqta’ Qalbu U Li Ma Kellux Ħbieb, Iżda Llum Qed Jagħmel Isem Fid-Dinja Tal-Moda” – Ivan Gaffiero

Fuq il-programm ‘Esperjenzi u Sorpriżi ma’ Gaffiero’ fuq Xejk TV, Ivan Gaffiero intervista l-mudell żagħżugħ Matthias Myers.

Fuq il-filmat li tella’ fuq Facebook, Gaffiero kiteb, “Ara l-intervista tal-mudell żagħżugħ Matthias Myers. Żagħżugħ li fil-passat kien jaqta’ qalbu u li ma kellux ħbieb, iżda llum qed jagħmel isem fid-dinja tal-moda. Matthias huwa eżempju ta’ kif, minkejja d-diffikultajiet u l-mumenti ta’ qtigħ il-qalb, wieħed jista’ jsib is-saħħa biex jirbaħ l-isfidi u jimxi ’l quddiem. L-istorja tiegħu turina li qatt m’għandna naqtgħu qalbna minna nfusna, għax kulħadd għandu l-valur u t-talent tiegħu!”

Fil-kummenti, Matthias kitiblu, “Grazzi Ivan Gaffiero tal-istedina fuq il-programm tieghek. Kienet esperjenza sabiha u nirringrazzjak talli tajtni l-opportunita` biex inwassal messaġġ ghal dawk in-nies li qegħdin jibżgħu biex joħorġu mill-qoxra tagħhom.”

Ritratt:

Facebook / Gaffiero Ivan

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI