Il-paġna ta’ St Joseph Fireworks Għaxaq sellmu lil Sinu. Permezz ta’ kelmtejn fuq din il-paġna, huma rringrazzjawh ta’ xogħlu u tad-dedikazzjoni tiegħu.
Kitbulu, “Illum nagħtuk l-aħħar tislima Sin. Nirringrazzjawk ta' dak kollu li għamilt magħna tul dawn is-snin kollha fejn dejjem kont hemm, fit-tajjeb u l-ħażin. Nirringrazzjawk ta' kemm għallimtna, kemm ħadt ħsiebna u kemm għamilt sagrifiċċji anke biex il-post jinżamm miftuħ u għalkemm qatt ma kont Licencee tal-post tagħna, dejjem kont tieħu ħsieb li jekk ma jkunx hemm il-Licencee, kien ikun hemm int; għax int hekk kont għalina, spalla soda, li jiġri x'jiġri nafu li kont se tkun hemm.”
Żiedu jgħidu, “Kemm xogħol sar, kemm xogħol ħdimt, imma għalik iċ-ċentru ta' kollox kienet u tibqa' l-imħabba lejn San Ġużepp. Nibqgħu niftakru li x-xewqa tiegħek dejjem kienet tkun li taħraq il-murtali tiegħek waqt il-purċissjoni biex imbagħad ma tara xejn minn xogħlok għax dak il-ħin għalik id-dinja setgħet tieqaf għax l-aqwa li postok ikun hemm ħdejn l-istatwa li tant kont tgħożż. Issa strieħ għażiż tagħna. Sellilna għal dawk kollha li ħallewna qablek u li ninsabu ċerti qegħdin hemm, kollha jistennewk. San Ġużepp li tant ħdimt għalih u kont tħobb jilqgħek fi ħdanu u jressqek quddiem il-Missier etern.”
Jistrieħ fis-sliem u l-paċi.
Facebook / Saint Joseph Fireworks Għaxaq Malta