Daniel Grech mhux wiċċ ġdid u aktar ma jmur wiċċu qed issir sinonimu speċjalment mal-ikel u n-numru ta' stabbilimenti li wieħed jista' jgawdi l-ikel tiegħu ġewwa pajjiżna. Issa jidher li Daniel ħa jkompli jkabbar is-segwaċi tiegħu b'esperjenza ġdida!
Ritratt: Facebook / Danny Breezy
Fuq il-profil ta' Facebook tiegħu, Daniel ħabba li ħa jkun qed jibda programm fuq it-televiżjoni, reality show tat-tisjir b'differenza. Daniel jgħid li din waħda mill-ħolm tiegħu u wieħed ħa jkun jista' jsegwi dan verament fil-viċin!
Ma qal xejn iktar, ħlief li ħa jkun kok tat-televiżjoni. Tgħid mill-Ħarifa ħa nibdew naraw lil Daniel fuq xi stazzjoni lokali. Jidher li għaddejjin jiffilmjaw dan il-proġett għax ilbieraħ kiteb li għal-lum bil-lest!
Interessanti! Daniel dejjem ħareġ b'diversi kunċetti li literalment niżlu għasel għan-nies u s-segwaċi tiegħu komplew jikbru tul iż-żmien.