“Dar Li Tagħti Servizzi Ta’ Shelter, U Ikliet Wara Nofsinhar U Filgħaxija Għal Dawk Il-Persuni Li Jkollhom Problemi Finanzjarji” – Il-Ministru Michael Falzon

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, l-Ministru Michael Falzon qasam mas-segwaċi tiegħu kelmtejn dwar id-Dar Papa Franġisku proprju fit-tfakkira tal-10 snin tagħha.

Hu qal, “Flimkien fakkarna 10 snin ta’ Dar Papa Franġisku. Dar li tagħti servizzi ta’ shelter, u ikliet wara nofsinhar u filgħaxija għal dawk il-persuni li jkollhom problemi finanzjarji jew anke jkunu maħkuma mill-vizzji. Dan kollu jsir b’kollaborazzjoni bejn il-Gvern, Caritas u The Alfred Mizzi Foundation fejn xogħolna huwa li nipproteġu lil dawk li jinsabu fit-tarf li jintilfu mix-xibka soċjali.”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI