“Għawdex Hu Dari … Irrid Li Jkun Ukoll Il-Post Fejn Uliedna Jistgħu Jibnu L-Futur Tagħhom U Jirnexxu” – Dr Alex Borg

Illum il-kap tal-oppożizzjoni Dr Alex Borg kien proprju ġewwa Għawdex b’laqgħat speċjali fejn permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu għadda messaġġ rigward dan.

Hu qal, “Illum kelli l-opportunità niltaqa’ man-nies li bil-ħidma tagħhom qed jibnu Għawdex aktar b’saħħtu: dawk li jieħdu ħsieb lill-anzjani tagħna, imprendituri li jibdlu l-ideat fi prodotti, ħaddiema li jimmanifatturaw u bdiewa li jaħdmu l-art tagħna.”

Żied jgħid, “Waqt żjarat fir-residenza ġdida għall-anzjani Casa Giuseppe, u lill-kumpaniji Customize Nation u Magro Brothers rajt kif id-determinazzjoni u l-impenn tal-Għawdxin qed jissarraf f'opportunitajiet. Għawdex hu dari. Irrid li jkun ukoll il-post fejn uliedna jistgħu jibnu l-futur tagħhom u jirnexxu.”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI