Kważi Nofs Miljun Ewro F’Xogħlijiet Ta’ Riġenerazzjoni Fi Tliet Toroq Fil-Ħamrun

Tliet toroq fil-Ħamrun qed jingħataw wiċċ ġdid permezz ta' investiment ta' kważi nofs miljun ewro minn fuq ix-xogħlijiet tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Il-proġett jinkludi xogħlijiet fi Triq Atoċja, Triq id-Duka ta' Edinburgh u passaġġ fi Triq San Franġisk, fejn qed isiru interventi fuq is-servizzi tal-ilma, bażi ġdida tal-konkos rinfurzat u paviment ġdid aktar reżistenti.

Waqt żjara fuq il-post, il-Ministru Alison Zerafa Civelli qalet li dawn il-proġetti mhux biss itejbu d-dehra tat-toroq, iżda jsaħħu wkoll is-servizzi essenzjali taħt l-art u joħolqu ambjent aktar sigur u aċċessibbli għar-residenti. Wieħed mill-aktar interventi sinifikanti huwa dak fi Triq Atoċja, meqjusa bħala l-eqdem u l-aktar parti storika tal-Ħamrun. Il-proġett se jinkludi wkoll xogħlijiet fuq iż-żuntier tas-Santwarju tal-Madonna ta' Atoċja biex jissaħħaħ il-karattru storiku taż-żona.

Sadanittant, ix-xogħlijiet fi Triq id-Duka ta' Edinburgh għaddejjin b'ritmu tajjeb, bil-paviment il-ġdid diġà qed jitqiegħed wara li tlestew ix-xogħlijiet ta' skavar u s-servizzi taħt l-art. Il-proġett, li beda f'April 2026, huwa mistenni jitlesta sa Ottubru 2026.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI