Davide Tucci Jagħmel Bidla Drastika Fid-Dehra Tiegħu – X'Għamel Eżatt?

L-attur Davide Tucci tista’ tgħid li llum wiċċ magħruf ma’ diversi telespettaturi! Ħafna jafuh f’partijiet differenti u tista’ tgħid li rajnieh b’tant u tant dehriet differenti wkoll. Jew bi bdil tal-kulur ta’ xagħru jew inkella b’ilbies kompletament differenti mis-soltu, jew bil-leħja jew bil-mustaċċi… insomma f’temp ta’ ftit minuti, l-attur kapaċi jittrasforma d-dehra tiegħu skont li jkollu bżonn!





Ilbieraħ hu qasam dan ir-ritratt bid-daqna li nimmaġinaw li kien ilu jkabbar ftit mhux ħażin. Iżda din jidher għal darb’oħra taret u issa jinsab mingħajra. Għamel żmien bil-mustaċċi wkoll imma jidher li anke dawn telqu. Tgħid qed iħejji għal xi karattru ġdid fil-jiem li ġejjin. S’issa għadna ma smajna b’xejn imma donnu kull dehra tixraqlu lil Davide.



MonikaSed photography – Facebook / Davide Tucci

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI