Missier Jagħti Tappijiet Tal-Widnejn Lill-Passiġġieri Kollha F’Każ Li Ibnu Jinfexx Jibki Fit-Titjira

Missier kien imħasseb li ibnu li għadu tarbija kien se jinfexx jibki matul it-titjira u għalhekk, biex żgur ma jdejjaqx lill-passiġġieri l-oħrajn, fil-bidu tat-titjira ħa ħsieb jagħtihom ilkoll tappijiet tal-widnejn.

F'filmat li ttella' fuq il-midja soċjali u ġie segwit minn mijiet ta' eluf li apprezzaw dan il-ġest nobbli, il-missier jidher qiegħed jitkellem f'nofs l-ajruplan.

"Illum qed nivjaġġa ma' ibni li għadu tarbija ta' tmien xhur... qed nibża' li fit-tlugħ u l-inżul tat-titjira, ibni jista' jinfexx jibki u allura jagħmel l-istorbju... nixtieq niskuża ruħi bil-quddiem u nittama li jkollkom titjira tajba... ħadt ħsieb nippreparalkom dawn it-tappijiet tal-widnejn biex forsi jgħinukom," saħaq il-missier.

Dan il-ġest nobbli ġie apprezzat ferm minn bosta li rrikonoxxew l-altruwiżmu tiegħu.

Ritratti:

Instagram / @inzhejiang

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI