Dawk Li Jsegwu Division 7 Illejla Għandhom Ikunu Kuntenti – X'Qal It-Tim Dwar L-Episodju Li Ħa Jintwera Llejla?

“Illejla ħiereġ wieħed mill-aktar episodji għal qalbna s’issa,” meta t-tim ta’ Division 7 jgħid dan il-kliem bla ma trid jaqbdek l-eċitament biex tara kif ħa tiżvolġi l-istorja. Din is-serje issa tinsab lejn it-tmiem tagħha u dawk li jsegwu jafu li l-istorja qed tkompli ssir aktar u aktar interessanti fejn dejjem niskopru xi ħaġa ġdida.

Mhux ta’ b’xejn din id-drama żammet lin-nies isegwuha u maż-żmien kompliet tibni l-popolarità tagħha għax minbarra li hi drama reali, in-nies ikunu kurjużi biex jaraw kif ħa tkompli l-istorja tal-karattri. Karattri vivaċi li wħud minnhom faċli nqabbluhom ma’ karattri li niltaqgħu aħna fil-ħajja ta’ kuljum. Karatteristiċi l-istess ħa ssib żgur.

Int illejla ħa tarah Division 7 u x’qed tistenna l-aktar?







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI