Bosta parroċċi f’Malta għandhom xi pika bejniethom li normalment iddur jew bejn każini fl-istess raħal li jkunu qed jirsistu għall-istess festa, jew inkella parroċċi kontra xulxin b’festi u qaddisin differenti. Ġewwa Għawdex, l-akbar pika hija bejn tal-Istilla kontra tal-Iljun, jiġifieri ta’ San Ġorġ kontra ta’ Santa Marija, t-tnejn fir-Rabat Għawdex. Għalkemm in-nies it-tnejn jiġu mill-istess belt, teżisti pika sħiħa bejniethom. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Evarist Bartolo kiteb kelmtejn rigward din il-pika.
Hu qal, “Staqsejna lix-xwejħa mir-Rabat ta’ Għawdex: “Int ma’ min int, ma’ San Ġorġ jew ma’ Santa Marija?” Weġbitna: “Mat-tnejn. Binti kienet attiva fil-Katidral ta’ Santa Marija u ibni kien abbati fil-Bażilika ta’ San Ġorġ. Dawk ħmerijiet li noqogħdu niġġieldu u nġelldu fuq il-qaddisin.””
X’taħsbu intom dwar dan?