Ilbieraħ ixxandar l-aħħar programm ta’ The Entertainers għal din is-sensiela, li hu ppreżentat minn Janvil u b’band immexxija minn Mark Spiteri Lucas. L-edizzjoni speċjali ta’ dan il-programm rat il-finali ta’ The Entertainers Singing Challenge.
Dawn kellhom żewġ kategoriji u f’kull kategorija ingħata l-ewwel, it-tieni u t-tielet post. Ir-rebbieħa kienu dawn!
Kategorija A:
- L-Ewwel Post – Martina Cutajar
- It-Tieni Post – Kaya Gouder Curmi
- It-Tielet Post – Rihanna Aquilina
Kategorija B:
- L-Ewwel Post – Bianca Vella
- It-Tieni Post – Alexia Micallef
- It-Tielet Post – Bradley Debono
Il-membri tal-ġurija kienu l-kantanti Ludwig Galea, Karen DeBattista u Kurt Anthony. Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawguraw lil kull min ħa sehem f’din il-kompetizzjoni, speċjalment liż-żewġ rebbieħa. Awguri!
Facebook/The Entertainers