Kien hemm bosta osservazzjonijiet ta’ dniefel matul l-aħħar ftit xhur imma aktarx l-ebda wieħed minnhom ma kienu viċin daqs dawn li tistgħu taraw fil-filmat. Dawn il-filmati li dehru wkoll fuq is-sit Guidememalta.com juru d-dniefel joffru spettaklu mill-isbaħ.
Filmat: Becky Tabone
Id-dniefel jidhru jgħumu maġenb id-dgħajsa bejn Malta u Sqallija. Ħafna attribwew dawn id-dehriet, grazzi għat-tnaqqis fil-konġestjoni minħabba restrizzjonijiet tal-Covid-19. Iżda jidher li d-dniefel baqgħu jippersistu minkejja ż-żieda fil-miżuri fl-aħħar ġimgħat.
Filmat: Becky Tabone
Nittamaw li jibqa’ jkollna ċ-ċans li ngawdu n-natura b’dan il-mod għax tassew qed toffri spettaklu li kulħadd qed jieħu gost jara. L-ilħna tal-persuni li kienu fuq id-dgħajsa żgur li jixhdu dan.