“Dawn Il-Kanuni Mis-Seklu 18 Issa Jinsabu Fi Stat Aqwa Minn Qabel” – Heritage Malta

Heritage Malta fuq il-mezzi soċjali tagħhom jaqsmu ritratt mal-kanuni quddiem Kastilja. Huma jiktbu, “Sparati fil-futur! Kmieni kmieni, fil-ħemda ta’ dalgħodu, tim iddedikat minn Heritage Malta sebaħ fil-pjazza ta’ Kastilja b’missjoni ċara: it-tqegħid tal-kanuni ikoniċi tal-Berġa ta’ Kastilja lura f’posthom, wara t-tlestija ta’ xogħol estensiv ta’ restawr u konservazzjoni.”





Ma’ dan iżidu, “L-intervent f’waqtu indirizza l-ħsara mill-elementi u min-nies li jitilgħu fuqhom, liema ħsara kienet akkumulat matul is-snin. Dawn il-kanuni mis-seklu 18 issa jinsabu fi stat aqwa minn qabel, lesti biex jerġgħu jibdew isellmu lill-gzuz ta’ Maltin u turisti li ta’ kuljum iżuru l-kapitali sabiħa tagħna.”

Sabiħ li nieħdu ħsieb il-wirt tagħna!

Facebook / Heritage Malta



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI