Dawn In-Numri Qalgħu Aktar Tensjoni Fil-Villa Ta' Love Island!

Iż-żmien għaddej f’dan l-istaġun ta’ Love Island Malta… in-nies qed jinbidlu, l-isfidi ma jonqsux, u l-karattri qed joħorġu aktar fil-koppji. Waqt l-episodju tal-bieraħ segwejna l-famuża sfida tal-bews, li kull sena tqanqal xi ftit fil-villa ta’ Love Island Malta.

Fost l-iktar mumenti li spikkaw kienu; Evie ma ħaditx gost li t-tfajliet kellhom ibusu lill-ġuvintur kollha, u infatti hi għażlet li tbus kif sippost biss lil Matthew, li tinsab f’koppja miegħu. Mument ieħor li qanqal kien l-ewwel daqsxejn ta’ argument li kellhom il-maħbubin Yenifer u Sean.





Michela wkoll kellha xi tgħid lil Cruyff minħabba din l-imbierka logħba! Apparti minn hekk xi islanders spiċċaw ikomplu jitkellmu dwar il-paroli li nqala’ propju bil-lejl ħdejn il-pool!

Erġa’ segwi dak li ġara HAWN



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI