“Dawn Is-Sessjonijiet Huma Tfakkira Qawwija Li Anka Fl-Iktar Mumenti Iebsa…” – Karl Vella Foundation

Il-paġna ta’ Karl Vella Foundation ttella’ dan il-messaġġ, “Għadna kemm għalaqna l-aħħar sessjoni tal-grupp Loss of a Partner – Life Beyond Loss għal dan iċ-ċiklu, u nħarsu lura b’għożża kbira lejn il-kuraġġ u s-saħħa li wrew dawk kollha li ngħaqdu magħna. Dawn is-sessjonijiet huma tfakkira qawwija li anke fl-iktar mument iebsa u tad-dwejjaq, nistgħu nsibu faraġ f’komunità.

Jekk inti qiegħed f’mumenti iebsa għaliex tlift xi ħadd għażiz għalik bħal partner, wild tifel/tifla, jew persuna għażiża, aħna qegħdin hawn għalik. 
Jekk tixtieq tingħaqad magħna jew titgħallem aktar, ħossok liberu/a tikkuntattjana. Aħna hawn biex– nimxu dan il-vjaġġ flimkien.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI