“Dejjem Bqajt Il-Pedament Tagħna” – Messaġġ Emozzjonanti Ta’ Shaian Muscat Lil Ommha F’Għeluq Sninha

Shaian Muscat, li nafuha bħala nofs id-duo Adria Twins, qasmet messaġġ mimli mħabba u emozzjoni lil ommha biex tfakkar għeluq sninha, fejn sellmitilha għas-saħħa, il-kuraġġ u s-sagrifiċċji li għamlet għall-familja.

Fil-messaġġ tagħha, Shaian iddeskriviet lil ommha bħala "mara b’saħħitha, ta’ qalb kbira u mimlija mħabba", filwaqt li rringrazzjatha talli baqgħet dejjem il-pedament tal-familja minkejja l-isfidi li kellha taffaċċja tul is-snin.

Hija kitbet li, minkejja dak kollu li għaddiet minnu, ommha qatt ma qatgħet qalbha u baqgħet tmexxi lill-familja ’l quddiem b’kuraġġ u determinazzjoni.

Shaian għamlet ukoll referenza għal missierha li miet, fejn qalet li hi u l-familja huma ċerti li qed iħares lejha minn hemm fuq u li huwa kburi aktar minn qatt qabel b’dak kollu li wettqet u bis-sagrifiċċji li għamlet biex iżżomm il-familja magħquda.

"Grazzi tal-imħabba bla kundizzjoni tiegħek u ta’ dak kollu li tagħmel għalina kuljum," kitbet Shaian, qabel temmet il-messaġġ b’dikjarazzjoni mill-aktar sinċiera, "Inħobbuk aktar milli jista’ jesprimi l-kliem."

Il-messaġġ tagħha ntlaqa’ b’ħafna kummenti ta’ awguri u apprezzament, b’bosta jfaħħru r-rabta sabiħa li teżisti bejn Shaian u ommha u jawgurawlha sena oħra mimlija saħħa u ferħ.

Ritratti:

Facebook / Celine Muscat

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI