Is-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa Tħabbar Il-Mewt Ta’ Charlie Micallef

Hemm telfiet li jħallu vojt mhux biss fil-familja, iżda wkoll fil-komunitajiet li jkunu għamlu parti mill-ħajja ta’ persuna. Is-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa, tinsab f’mument ta’ niket wara li sellmet il-memorja ta’ Charlie Micallef.

Permezz ta’ messaġġ emozzjonanti, is-Soċjetà fakkret lil Charlie bħala persuna, li flimkien ma’ ħutu, dejjem kien ta’ sostenn kontinwu għall-għaqda. Għajnuna u appoġġ li żgur ħallew il-marka tagħhom tul is-snin u li mhux se jintesew minn dawk li kellhom il-privileġġ li jaħdmu magħhom.

Charlie kien ukoll ħu Simon Micallef, li jservi bħala President Onorarju tas-Soċjetà, kif ukoll ħu Marco, li bħalissa qed imexxi Bar 1990. Għalhekk, f’dan il-mument diffiċli, is-Soċjetà wasslet il-kondoljanzi sinċiera tagħha lill-familja, lill-qraba u lill-ħbieb kollha ta’ Charlie, filwaqt li talbet lil Alla jagħtih il-mistrieħ ta’ dejjem.Il-memorja tiegħu tibqa’ tgħix f’qalb dawk kollha li kienu jafuh u f’dawk li magħhom qasam parti minn ħajtu.

It-Tim ta' Gwida.mt jixtieq isellem il-memorja tiegħu u jalla jistrieħ fis-sliem!

Ritratt:

Facebook/Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI