Il-preżentatur Ivan Gaffiero kiteb messaġġ li żgur jolqot lil bosta hekk kif jitkellem dwar Jum l-Omm. Jum fejn niċċelebraw lil dik il-persuna li tant tkun hemm għalina mill-bidu nett ta’ ħajjitna.
Kif jikteb Ivan, hemm dawk in-nies li dan il-jum iġib miegħu qalb sewda, għal diversi raġunijiet.
“Jum l-Omm nhar il-Ħadd… għal ħafna huwa jum ta’ ċelebrazzjoni, imma għal oħrajn iġib miegħu tifkiriet u emozzjonijiet profondi.”
Fil-programm ser ikollu żewġ ommijiet, Natalie u Luccianne, li għaddew mit-telfa kbira tal-ulied. Aktar dwar dawn l-esperjenzi llejla fil-programm speċjali Ma’ Gaffiero fuq ONE Radio fl-22:00.
Facebook/ Ivan Gaffiero