"Diġà Lħaqna L-10,000 Doża. Ħu Int Ukoll It-Tilqim Tal-Influwenza U Tal-Covid-19, Bla Ħlas…" – Id-DPM u Ministru Tas-Saħħa Chris Fearne

Fid-dawl tal-ħafna mard li hawn madwarna, kemm influwenza kif ukoll Covid-19, reġgħet bdiet tiġi offruta t-tilqima għall-pubbliku kollu. Fil-fatt tlett ijiem ilu, beda jingħata t-tilqim kontra l-mard li qed jissemma l-iktar bħalissa.

Id-DPM u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne għadu kif kiteb dwar l-ammont ta’ nies li qed jirrikorru għal dan it-tilqim. Fil-fatt jidher li ngħataw mal-10,000 doża s’issa, fi tlett ijiem. Fearne iħeġġeġ lil dawk li għadhom ma tlaqqmux kontra l-influwenza u l-Covid-19 biex jagħmlu dan.

It-tilqima hi bla ħlas u qed tingħata miċ-ċentri tas-saħħa.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI