Diego Maradona Jiddaħħal Għal Operazzjoni Serja Mmens Fil-Moħħ!

L-istilla tal-futbol Arġentin, Diega Maradona tard ilbieraħ iddaħħal għall-operazzjoni tassew serja fil-moħħ. L-operazzjoni jidher li kienet waħda ta’ suċċess għall-futboller ta’ 60 sena. L-operazzjoni li saritlu hija minħabba blood clot fil-moħħ. Dan ġie kkonfermat mit-tabib personali tiegħu kmieni llum stess.





Jidher li l-operazzjoni marret tajjeb ħafna u l-futboller qam minnha bla problemi ta’ xejn. Skont ħafna mediċi, din l-operazzjoni hija waħda mill-aktar kundizzjonijiet qattiela fir-ras. Din tirriżulta minn xi trawma serja fir-ras iżda mhux l-ewwel darba li ġiet ikkawżata wkoll minn ġrieħi ħfief u persuna taf idum ġranet jekk mhux ġimgħat sabiex jinduna biha. Tant hu hekk li tista’ tkun fatali.

Maradona ddaħħal l-isptar inizjalment bħala miżura preventiva, iżda malajr spiċċa ġie trasferit għal sptar ieħor fejn spiċċa taħt is-sikkina.

Facebook / Football, WAGs & fashion



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI