Il-producer u attur magħruf Brandon Terribile żgur li l-2020 kienet fost l-aktar snin impenjattivi għalih.
Biss biss kien qiegħed għaddej jagħti sehmu f'żewġ produzzjonijiet mimlijin daqs bajda, Min Imissu? kif ukoll il-programm li tiegħu hu l-producer, Durella. L-iffilmjar ta' Durella huwa wieħed konsistenti, fejn ikollu diversi episodji interessanti flimkien ma' bosta tfal bravissimi li jingħataw sfidi kif ukoll jieħdu pjaċir flimkien b'mod sigur.
Apparti minn dan Brandon għandu wieħed mill-karattri waqt Min Imissu? - produzzjoni oħra fuq ONE li tirrikjedi ħafna enerġija. Lil Brandon narawh fl-episodji ta' Min Imissu? nhar ta' Ġimgħa flimkien mal-atturi l-oħra sħabu kif ukoll mal-mistednin tal-lejla.
L-isbaħ u l-aqwa mill-impenji kollha li jkollu Brandon iżda kienet li ġabar iċ-ċertifikat tiegħu mill-Universita wara li gradwa fit-Teatru (Unuri). Brandon ma kellux ċelebrazzjoni bħal tas-soltu iżda xorta waħda jinsab kburi u sodisfatt b'dak li kiseb. "Fl-aħħar gradwat! ... din hi ħolma li saret realta. Ninsab eċitat immens biex inkompli nikrea aktar u aktar teatru għax tassew hawn bżonnu fid-dinja!".
Awguri mill-qalb Brandon u nawgurawlek aktar suċċessi!