Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Dipartiment qasmu mas-segwaċi aħbar tajba, hekk kif issa, bajja ġewwa Maraskala tista’ terġa’ tintuża għall-għawm
Huma qalu, “B’referenza għall-istqarrija għall-istampa numru PR 250940, datata 30/05/2025, u skont id-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq javża li wara li ttieħdu diversi kampjuni tal-ilma baħar tul dawn l-aħħar jiem, iż-żona tal-għawm fis-sit indikat hija mill-ġdid tajba għall-għawm u għalhekk l-avviż biex ma jsirx għawm f’din iż-żona qed jiġi rtirat.”
Qalu wkoll, “Kodiċi tas-sit, bejn A07-Fajtata u A08-il-Bajja ta’ San Tumas kif immarkata b’linja oranġjo.Lokalità, Marsaskala.”