Il-mudella ċkejkna qed tkompli tisraq il-qlub ta’ kulħadd! Francesca Rausi hija tifla ta’ 4 snin bid-Downs Syndrome li l-għan tagħha hu biex turi li tfal bħalha huma tfal normali daqs l-oħrajn.
Francesca ta’ spiss tħobb tieqaf u tiltaqa’ man-nies. Fosthom rajniha tiltaqa’ mal-Prim Ministru Robert Abela, Mark Laurence Zammit, Ryan Borg ta’ Sibtek, John Bundy u Quinton Scerri, fost l-oħrajn.
Fuq il-profil ta’ Facebook tagħha, omm Francesca, Michelle Rausi, żvelat kif din id-darba Francesca riedet tieqaf u tkellem lil żewġ pulizija fil-Belt Valletta.
“U waqt li konna l-Belt, Francesca ltaqgħet ma’ membri oħra tal-korp tal-pulizija. Kienu tal-ġenn. Irridu nkunu verament kburin bil-forza tal-pulizija tagħna. Grazzi minn qalbi.”
Kemm inti ħelwa Francesca! Min jaf lil min se twaqqaf issa din iċ-ċkejna kurjuża?
Facebook/Michelle Rausi