Din Id-Dwett Diġà Ilha Sena!

Jekk tħobb il-mużika Maltija, żgur li ġieli smajt il-kanzunetta ‘Xemx’! Apparti li hija kanzunetta sabiħa mmens, il-lirika tagħha hija eċċezzjonali.

Oriġinarjament din il-kanzunetta hija ta’ The Tramps, bil-lirika ta’ Dominic Grech. Iżda sena ilu żewġ kantanti Maltin reġgħu ħarġuha għal darb’oħra, flimkien ma’ vidjow mużikali mill-isbaħ.

Cliff Zammit Stevens u Ira Losco ħarġu d-dwett ‘Xemx’ eżatt sena ilu! U hija kanzunetta li ma tixbax tismagħha! Fil-fatt il-vidjow ta’ ‘Xemx’ rawh aktar minn 79,400 persuna!

Din il-kanzunetta tista’ tismagħha fuq iTunes, Spotify u Amazon. Id-dħul kollu minn din il-kanzunetta jmur għal The Marcy Foundation. Filwaqt li Gwida.mt tawgura lil Cliff u lil Ira għal din l-inizjattiva nobbli, nirringrazzjawhom ta’ kemm huma favur il-mużika lokali!

Facebook / Cliff Zammit Stevens

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI