Permezz ta’ paragrafu sinċier fuq il-paġna tiegħu, Bjorn Formosa fetaħ qalbu dwar il-ġrajjiet ta’ din il-ġimgħa.
Hu kiteb, “Din il-ġimgħa kienet waħda speċjali għalija fuq diversi livelli. Mhux biss għax Maria rebħet il-People’s Choice Award u ġabet tant ferħ f’din id-DAR, imma wkoll għax bdejna x-xogħol fuq DAR Bjorn Respite!”
Kompla jispjega, “Ma nistax nemmen li f’10 snin biss, minn ħolma li dehret kważi impossibbli, issa qed nibdew it-tielet proġett tagħna! Minn jum għall-ieħor, naraw kif il-ġenerożità u l-imħabba tan-nies jibqgħu jagħmlu l-mirakli. Grazzi lil kull min qiegħed f’dan il-vjaġġ magħna—din mhix il-ħidma tiegħi biss, imma ta’ kulħadd. Ejja nibqgħu niġġieldu biex nagħmlu d-differenza!”
Kuraġġ Bjorn! Verament qed jirnexxielek tagħmel differenza fil-ħajja ta’ ħafna nies!
Facebook / Bjorn Formosa