Illum l-iktar nanna faqgħa qabżet għaż-żgħażagħ Maltin fuq l-avvenimenti artistiċi u divertiti! Carmen Mifsud, issa magħrufa wkoll bħala n-Nanna Carmen ħadet il-premju tal-aktar nanna faqgħa u ideali wara kumment li ħalliet fuq Facebook.
Hi wriet is-simpatija tagħha maż-żgħażagħ li jinsabu ħerqana biex jiddevertu u qalet, “għidli dawn iż-żgħażagħ kif jistgħu jibqgħu bilqiegħda bil-mużika għaddejja, anki jien li għandi ż-żmien jiekluni saqajja biex naqbeż aħseb u ara t-tfal.”
Żgur li dan it-titlu jixirqilha!