Henry Galea qasam fit informazzjoni dwar l-aktar siġra tal-Milied popolari f’pajjiżna li ta’ kull sena tiġbed ħafna attenzjoni, anka fuq skala globali.
Qal, “Din is-sena mhux ser nkun qed nagħmilha jien is-siġra tal-Milied tal-Belt Valletta imma The Tiny Traditions se nkunu qed nagħmluha! Wara s-success tas-sena l-oħra, jien, Jason u Ryan għaqqadna moħħna biex permezz ta’ The Tiny Traditions, il-kumpanija ċkejkna tagħna (jew aħjar, it-tarbija tagħna), inġibu kunċett kompletament ġdid lis-Siġra Nazzjonali tal-Milied!”
Żied, “Dan kollu qed isir b’kollaborazzjoni mal-Valletta Cultural Agency (VCA), li għal darb’oħra fdaw fina biex flimkien nagħmlu din il-viżjoni realtà…. Mingħajr il-fiduċja u l-appoġġ tagħhom, dan il-proġett ma kienx ikun possibbli.”
Qal ukoll, “It-tree of us (fhimtuha?) ilna xhur naħdmu fuq dan il-proġett, u ma nistgħux nistennew biex nurukom x’qed nippreparaw! Din mhux se tkun sempliċiment siġra oħra tal-Milied… qed nippreparaw xi ħaġa differenti ħafna minn 2025! Minn idea bejn tliet ħbieb għal proġett bħal dan… kemm hi sabiħa li tara xi ħaġa li bnejna flimkien tikber…”