Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, MSPCA qamu parti mill-istorja ta’ Charlie, li sfortunatament mhux minn dejjem kellha kapitli sbieħ. Meta kien diġa kelb adult, spiċċa f’xelter tal-klieb, iżda llum il-ġurnata ħajtu nbidlet.
MSPCA qalu, “ta’ 10 snin Charlie spiċċa f’xelter, imma hawn ma kienx il-post fejn kellha tispiċċa l-istorja tiegħu. Minflok ma qatta’ l-aħħar snin ta’ ħajtu fix-xelter, Charlie sab it-tieni ċans tiegħu għall-kuntentizza, dar mill-aqwa, u lil Lorena li verament jaduraha. 10 snin qatt mhu tard wisq għal bidu ġdid!”
Kuntenti għalih!