“Kull Ġurnata Miegħek Hija Ċelebrazzjoni” – Ritienne Azzopardi Lil Mro Joe Brown F’Għeluq Sninu

Il-kantanta Maltija Ritienne Azzopardi qasmet messaġġ mill-isbaħ fuq il-midja soċjali biex tawgura l-isbaħ xewqat lill-għażiż ħabib tagħha, Mro Joe Brown, fl-okkażjoni ta’ għeluq sninu. Permezz ta’ kliem mimli mħabba u apprezzament, Ritienne esprimiet kemm Joe jfisser għaliha, filwaqt li rringrazzjatu ta’ dak kollu li għallimha u taha matul is-snin.

“Illum niċċelebraw lilek għażiż tagħna, għalkemm kull ġurnata miegħek hija ċelebrazzjoni. Inħobbok dejjem Brown, grazzi ta’ kulma għallimtni u tajtni f’dawn is-snin. Happy Birthday Mro Joe Brown,” kitbet il-kantanta. Messaġġ sempliċi iżda sinċier li jixhed ir-rabta sabiħa ta’ ħbiberija u rispett li teżisti bejn it-tnejn, kif ukoll l-apprezzament ta’ Ritienne lejn il-kontribut li Joe ta fil-ħajja tagħha.

Aħna minn Gwida.mt ningħaqdu ma’ Ritienne biex nawguraw lil Mro Joe Brown l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu. Awguri mill-qalb!

Ritratt:

Facebook / Joe Brown

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI