Il-paġna uffiċjali Kattoliċi Maltin fuq Facebook ħabbret l-ordinazzjoni saċerdotali ta’ Ġesmond Schembri, li saret fil-Knisja ta’ San Nikola ta’ Mira (Tal-Erwieħ), fil-Belt Valletta.
Skont dak li ġie ppubblikat, l-ordinazzjoni tmexxiet mill-Eżarka tal-Griegi Kattoliċi tal-Greċja, Manuel Nin O.S.B., fil-preżenza tal-Arċisqof ta’ Malta, Monsinjur Charles Scicluna. Għal din iċ-ċelebrazzjoni solenni attendew ukoll saċerdoti, reliġjużi u numru ta’ fidili.
Waqt l-istess quddiesa, id-djaknu Ġesmond Schembri ġie ordnat saċerdot u se jkun qed iservi fil-Parroċċa Griega-Kattolika ta’ Sidtna Marija ta’ Damasku, fil-Belt Valletta.
Il-paġna Kattoliċi Maltin temmet il-messaġġ tagħha billi sellmet din is-sejħa ġdida b’ferħ u stednet lill-fidili biex jingħaqdu fit-talb għal saċerdot il-ġdid fil-bidu tal-ministeru tiegħu.
Facebook/ Kattoliċi Maltin