“Qegħdin Naraw Tibdil Fit-Temp… Bħalissa L-Possibbilitá Ta’ Xita Naqset Taħt Il-50%” – Aġġornament Tat-Temp

Sħab

L-aħħar aġġornament tat-temp jindika li qed ikun hemm tibdil fil-kundizzjonijiet, b’mod partikolari fid-direzzjoni tar-riħ.

Jekk ir-riħ ma jżommx lejn il-Punent matul il-ġurnata, il-possibbiltà ta’ xita filgħaxija mistennija tonqos b’mod drastiku. Fil-fatt, bħalissa ċ-ċans ġenerali ta’ xita niżel għal taħt il-50%, li jfisser li x-xita mhix mistennija tkun predominanti matul il-ġurnata.

It-tbassir għall-ġurnata jindika ċans ta’ xita ta’ madwar 30% filgħodu, li jitla’ għal 40% wara nofsinhar u jibqa’ madwar 40% filgħaxija.

Għaldaqstant, il-kundizzjonijiet mistennija jkunu prinċipalment niexfa. Aġġornament ieħor dwar it-temp mistenni jingħata wara nofsinhar.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI