Il-kantant u kompożitur lokali Dominic Cini nieda s-silta l-ġdida Pictures fuq il-mezzi soċjali tiegħu. Il-kanzunetta għandha kliem ta’ Emil Calleja Bayliss u kompożizzjoni ta’ Cyprian Cassar, li kien ukoll responsabbli għall-produzzjoni tagħha.
Pictures hija kanzunetta li titkellem dwar is-sbuħija tal-ħolqien — sbuħija li spiss narawha f’ritratti. L-artist, b’talent straordinarju, kapaċi jpinġi immaġini li jidhru kważi bħala ħolma, immaġini li jieħdu l-ħajja grazzi għall-ħila tiegħu.
Il-figura tal-artist tista’ tifforma simbolu metaforiku li jista’ jirreferi għal diversi entitajiet: il-Ħallieq, il-kantant innifsu, jew inkella l-immaġinazzjoni fertili tiegħu li toħloq xeni mill-isbaħ.
Din ix-xena tirrifletti l-perfezzjoni tal-ħolqien, u l-kanzunetta toħloq atmosfera trankwilla u serena, b’interpretazzjoni mill-qalb minn Dominic.
Smajtuha?