Donnu Ġej L-Ewwel Maltemp Għax-Xahar Ta' Novembru – Meta Ħa Jaħkem Eżatt?

Ix-xahar ta' Novembru, hu xahar assoċjat mat-tibdil fit-temp f'Malta. Ix-xahar ta' meta tibda dik il-ftit kesħa u meta tiżdied ix-xita. Iżda din is-sena għadna ma rajniex xita dan ix-xahar. Iżda jidher li dan kollu ħa jinbidel fi tmiem il-ġimgħa.

Il-paġna Aġġornament tat-Temp ħabbret, "B'aktar ċertezza u possibilità ta' 70%, arja instabbli ser tifforma fil- punent tal gżejjer Maltin. Din ser iġġib temp instabbli u jkollna l-ewwel ftit xita f' Novembru nhar l Ħadd li ġej."

Huma jżiedu, "Dan mhux sempliċi tbassir għax fih ħafna kalkoli ta' ħin ta' xħin ser imissna. Li għadna possibilità 'l fuq minn 60% jawgura tajjeb. Għada jkolli idea aktar konkreta ta' kif ser ikun it-temp nhar il-Ħadd li ġej.



Ħerqana għall-ewwel xita ta' Novembru?

Facebook / Aġġornament tat-temp

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI