“Happy Birthday”: Id-Diska L-Ġdida Ta’ Dawn Desira Titkellem Dwar L-Imħabba Li Tibqa’ Anke Wara S-Separazzjoni

Hemm memorji li jgħaddu s-snin, iżda jibqgħu jgħixu fil-qalb tagħna. Hija proprju din l-emozzjoni li l-kantanta Maltija, Dawn Desira, twassal, permezz tad-diska oriġinali tagħha, bl-isem Happy Birthday, li ġiet rilaxxata fis-6 ta’ Novembru 2026.

Din il-kanzunetta tirrakkonta storja ta’ mħabba li għaddiet, iżda li ħalliet warajha memorji u sentimenti li mhux daqstant faċli jintilfu. Permezz tagħha, Dawn titkellem dwar persuna li mxiet 'il quddiem f’ħajjitha, filwaqt li l-persuna l-oħra għadha żżomm f’qalbha dak li darba kellhom flimkien.

L-istorja ddur ma’ għeluq snin li kienu ċċelebraw flimkien tliet snin ilu. Illum, minkejja li kollox inbidel, tibqa’ x-xewqa li dik il-persuna tkun kuntenta, anke jekk wieħed ma għadux parti minn ħajjitha. Il-lirika nkitbet minn Dawn stess, filwaqt li l-kompożizzjoni hija ta’ Cyprian Cassar.

Dawn rebħet The Voice Kids Malta fl-2023 u kompliet tibni l-karriera mużikali tagħha b’diversi esperjenzi lokali u internazzjonali.

It-Tim ta' Gwida.mt, jawguralha kull suċċess fil-karriera mużikali tagħha!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI