Il-Maltin Huma L-Ħames L-Aktar Poplu Fl-Unjoni Ewropea Li Jonfoq Flus Waqt Is-Safar

Statistika li għadha kif ġiet ippublikata turi li l-poplu Malti huwa l-ħames l-iżjed fost il-popli tal-Unjoni Ewropea li jonfoq flus meta jsiefer; fil-fatt, l-istatistika turi li l-Malti jonfoq medja ta' €131 kull lejl meta jkun fuq btala.

F'din il-klassifika kienu l-Lussemburgi li ġew fl-ewwel post b'nefqa medja ta' €176 kull lejl, segwiti mill-Awstrijaċi u l-Iżvediżi fit-tieni u t-tielet post, rispettivament.

Min-naħa 'l oħra, kienu l-Griegi li ġew fl-aħħar post ta' din il-klassifika b'nefqa medja ta' €47 kull lejl. Popli oħrajn li rreġistraw infiq medju pjuttost baxx kienu l-poplu Ċek kif ukoll dak Pollakk.

L-istatistika ġiet ippubblikata mill-Eurostat u kienet ibbażata fuq l-infiq turistiku tal-2024.

Ritratti:

Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI