“€6,011 Inġabar B’Risq Puttinu Cares Waqt Maratona Inkredibbli Ta’ 35 Siegħa Fuq Tiktok” – Puttinu Cares

Permezz ta’ messaġġ ta’ apprezzament fuq il-paġna tagħhom, Puttinu Cares irringrazzjaw lil grupp nisa TikTokers Maltin li rnexxielhom jiġbru somma inkredibbli biex tingħata bħala donazzjoni, permezz ta’ maratona twila fuq TikTok.

Fuq il-mezzi soċjali tagħhom, Puttinu Cares kitbu, “Appoġġ tal-ġenn mingħand TikTokers Malta! Ammont fantastiku ta’ €6,011 inġabar b’risq Puttinu Cares waqt maratona inkredibbli ta’ 35 siegħa fuq TikTok. L-enerġija, passjoni, u dedikazzjoni tagħkom hi verament ammirabbli. Grazzi minn qiegħ qalbna. Vera napprezzaw dan il-ġest!”



Nirringrazzjaw mill-qalb lil dawn il-grupp TikTokers għal din l-inizjattiva, u nirringrazzjaw ukoll li kull min iddeċieda li jagħti donazzjoni biex jgħin lil ħaddieħor. Din is-somma sabiħa żgur se ttejjeb il-ħajja ta’ ħafna nies għaddejjin minn żminijiet diffiċli.





Ritratti:

Facebook / Puttinu Cares

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI