“Illum 13 Ta’ Frar Tħabbret Il-Mewt Ta’ Fr Joe Barabara M.S.S.P.” – L-Arċikonfraternita` Ta’ San Ġużepp

L-Arċikonfraternita` ta’ San Ġużepp Rabat tal-Imdina jsellmu l-memorja ta’ Fr Joe Barbara, li ħalla din id-dinja għall-ħajja ta’ dejjem.

Kitbu, “Illum 13 ta’ Frar tħabbret il-mewt ta’ Fr Joe Barabara M.S.S.P. Fr Joe kien Rabati Ġużeppin u membru fi ħdan l-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp u devot kbir ta’ San Ġużepp. Huwa trabba taħt id-dell tal-Knisja tal-Patrijiet Franġiskani ta’ Santa Marija ta’ Ġesù, tas-Santwarju ta’ San Ġużepp u tal-Għaqda Mużikali L’Isle Adam. Fejn f’dawn l-aħħar snin sakemm saħħtu kienet tippermetti huwa kemm il-darba kien jieħu sehem fiċ-ċelebrazzjonjiet reliġjużi li torganizza l-imsemmija Arċikonfraternita’ b’mod partikulari fil-jiem tal-Festa ta’ San Ġużepp li hu kien tant iħobb.”



Żiedu jgħidu, “Bħala saċerdot fi ħdan is-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl, huwa ħadem pastoralment ukoll barra minn xtutna fosthom fl-Awstralja. Ir-Rettur u l-Uffiċjali tal-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp, isellmu l-memorja ta’ Fr Joe Barbara, filwaqt li jitolbu għal ruħu biex il-Mulej jagħtih il-mistrieħ ta’ dejjem. Jibagħtu l-kondoljanzi lil ħutu r-reliġjużi membri tas-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl u lill-membri tal-familja.”



Jistrieħ fis-sliem u l-paċi.



Ritratti:

Facebook / Arċikonfraternita` ta’ San Ġużepp Rabat tal-Imdina

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI