Hi xi ħaġa normali u komuni ħafna li nkunu qed nitkellmu dwar xi ħaġa, jew insemmu kelma waħda, u ġġibilna memorji ta' xi ħaġa mill-passat li bqajna niftakru.
Hekk ġralhom Eileen Montesin u bintha Christine Haber, waqt diskursata li kellhom fuq ir-radju, spiċċaw b'nostalġija ta' pubblikazzjoni mill-passat li kienu dehru fiha.
Ritratt: Facebook/ Eileen Montesin
"Illum fuq ir-radju qbadnieha fuq ir-raff li nsibu fid-djar Maltin. U waqt id-diskursata ftakarna f'dan... #magazines #memorji," kitbet Eileen. Ippubblikat propju l-faċċata tar-rivista Ir-Raff, fejn jidhru hi u bintha Christine.
L-edizzjoni kienet ta' Marzu 2001, fejn Eileen kienet diġà personalità magħrufa bħala attriċi, preżentatriċi, u anke omm.
Facebook/ Eileen Montesin