Eileen Montesin u Mark Haber Jiċċelebraw 6 Snin Miżżewġin!

Ftit ilu fuq Gwida.mt ħabbarna li s-sensiela popolari ta' Becky ser tieqaf! F'intervista li kellha Eileen Montesin fuq Sibtek kienet qalet li tiddejjaq ikun hemm il-familja miġbura mal-mejda u hi tkun qiegħda tiffilmja. M'għandniex xi ngħidu għal Eileen il-familja hija kollox u ta' spiss titkellem dwar dan!

L-imħabba bejn Eileen u r-raġel tagħha Mark Haber bdiet 36 sena ilu. Għixu flimkien l-istejjer ta' Sossy, l-avventuri ta' Becky, il-kant ta' Deja Vu, l-praspar ta' KC u l-imqarbizza ta' Morris. Raġuni kif koppja tista' taħdem flimkien u tkompli tinħabb. Mhux talli hekk, talli proprju bħal-lum 6 snin ilu dawn it-tnejn iżżewġu! 

Ritratt Eileen Montesin / Facebook

Fuq Facebook, Eileen kitbet li flimkien għexu tlugħ u nżul imma... "irnexxielna ngħaddu mill-problemi li kellna s'issa, grazzi għal Alla. Raġel li jaf iħobb u li dejjem issibli t-tweġibiet it-tajbin u l-aħjar soluzzjoni meta nkun f'sitwazzjoni li ma nkun nista' nagħmel xejn dwarha". 

Eileen tagħlaq il-messaġġ bl-aktar mod romantiku "Ma nimmaġinax ħajti li kieku tkun mingħajru". Minn qalbna Eileen u Mark nawgurawlkom aktar snin ta' mħabba! Awguri!

Ritratt Eileen Montesin / Facebook

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI