“Ejja Ma Niġġudikawx Lill-Familji Iżda Minflok Nisimgħuhom” – L-Arċisqof Charles J Scicluna

L-Arċisqof Charles J Scicluna saħaq li l-Knisja Kattolika għandha tpoġġi lill-familja fiċ-ċentru tal-ħidma tagħha. Hu sostna dan waqt konferenza li seħħet ilbieraħ wara laqgħa li għaliha kien hemm preżenti l-Arċisqof Malti, bosta isqfijiet oħrajn, kif ukoll Papa Ljun XIV.

Il-laqgħa fakkret għaxar snin minn meta l-mibki Papa Franġisku ippublika l-eżortazzjoni appostolika 'Amoris Laetitia'. Fiha, il-mibki Papa Franġisku kien tħaddet dwar l-importanza tal-imħabba fost il-familji, il-ġenituri u r-relazzjonijiet ta' bejnietna.

Fl-intervent tiegħu, l-Arċisqof Malti stqarr li hu grat lejn il-Mexxej tal-Knisja Kattolika li sejjaħ din il-laqgħa għaliex b'hekk reġa' ta' prominenza lill-messaġġ ta' mħabba li l-mibki Papa Franġisku xtaq iwassal b'kitbietu.

Semma kif fiż-żmien meta ġiet ippubblikata l-ewwel darba, din il-pubblikazzjoni stiednet lil kull wieħed u waħda minna sabiex ma niġġudikawx lill-familja iżda minflok nisimgħu l-istorja tagħhom, sabiex inħarsu lejn kull sitwazzjoni b'qalb miftuħa u sabiex naħdmu ħalli lkoll niffaċilitaw ir-relazzjoni tal-bniedem ma' Alla.

Ritratt:

YouTube / Vatican News u Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI