It-Tobba Jikkonfermaw Li L-Papa Ljun XIV “Qed Jirpilja Tajjeb” Wara L-Operazzjoni

Aħbar pożittiva hekk kif it-tobba ta' Papa Ljun XIV ħabbru li l-indikazzjonijiet kollha qed juru li l-Mexxej tal-Knisja Kattolika "qiegħed jirpilja tajjeb" wara l-operazzjoni li kellu jagħmel nhar it-Tlieta li għadda fuq in-naħa tal-lemin tal-pulmun tiegħu.

Il-Vatikan spjega kif ilbieraħ il-Papa sarulu t-testijiet kollha meħtieġa, u wara hu rnexxielu jkompli bl-attivitajiet ta' kuljum li s-soltu jagħmel mill-Isptar Gemelli f'Ruma.

Nittamaw fejqan ta' malajr lil Papa Ljun XIV!

Ritratt:

Instagram / @pontifex

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI