Messaġġ mill-qalb mingħand Lydon lil missieru Jomike fl-okkażjoni ta’ għeluq sninu. Il-missier u l-iben huma magħrufa sew mal-pubbliku Malti, fost l-oħrajn wara li flimkien kienu rebħu Malta’s Got Talent.
F’din il-ġurnata speċjali, Lydon għażel li jfakkar ir-rabta mill-qrib li għandu ma’ missieru, filwaqt li rringrazzjah għal dak kollu li jagħmel għall-familja. “Awguri kbar imorru għalik! Grazzi talli tagħmel għalija, għal ommi u għal ħija. Jien u int inseparabbli; ħafna mid-drabi fejn tara lili, issib lilek,” kiteb Lydon.
Hu temm il-messaġġ tiegħu b’xewqa sabiħa għal missieru, “Nawguralek, Pa, għal sena oħra mimlija opportunitajiet u ħafna saħħa.” M’hemmx dubju li Lydon u Jomike għandhom rabta speċjali, kemm fuq il-palk kif ukoll lil hinn minnu. Aħna ningħaqdu ma’ Lydon u nawguraw lil Jomike l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu!
Facebook / Jomike u Lydon